Entità ġdida biex tinforza aktar f’każijiet ta’ diskriminazzjoni – One News

Notifiki

Entità ġdida biex tinforza aktar f’każijiet ta’ diskriminazzjoni

Se titwaqqaf entità ġdida dwar l-ugwaljanza li se tieħu post l-NCPE. L-għan ta’ din l-entità l-ġdida huwa li se tkun tista’ tinforza aktar f’każijiet ta diskriminazzjoni.

Ħabbar dan il-Ministru għall-ugwaljanza Edward Zammit Lewis f’konferenza tal-aħbarijiet lejlet iċ-ċelebrazzjoni tal-Pride March.

Il-Ministru Zammit Lewis qal li bħalissa għaddejja ħidma sabiex ikollna policy dwar l-integrazzjoni. Għaddejja ħidma ukoll fuq żewġ abbozzi tal-liġijiet dwar l-ugwaljanza u sabiex titwaqqaf entità ġdida li se titratta l-ugwaljanza u jkollha l-poter li tinforza.

Fil-konferenza ta’ dalgħodu, tnieda l-ewwel rapport annwali għall-Ugwaljanza, wara li f’Settembru li għadda kienet tnediet l-istrateġija u pjan ta’ azzjoni għall-Ugwaljanza LGBTIQ 2018 – 2022.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis ikkundana każ li seħħ fejn bandiera tal-LGBTIQ inħarqet f’Ħal Balzan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend