95% tal-Ġirbin qed jisseparaw l-iskart kif suppost – One News

Notifiki

95% tal-Ġirbin qed jisseparaw l-iskart kif suppost

95% tal-Ġirbin li ħarġu l-borza s-sewda barra d-dar tagħhom il-Ħamis filgħodu, isseparaw l-iskart kif suppost. 

Dan ħareġ minn proġett li qiegħed isir mill-kumpanija Coca Cola, li qiegħda taħdem fuq kampanja “World Without Waste”. Dan b’kollaborazzjoni mal-għaqda mhux governattiva Ċipriotta – AKTI.

Bil-lokalita tal-Birgu intgħazlet sabiex fihassir riċerka u jiġi analizzata kemm in-nies tal-Birgu qegħdin jirriċiklaw l-iskart kif suppost.

Il-Ħamis filgħodu, ħaddiema tal-kunsill lokali tal-Birgu ġabru diversi boroz suwed tal-iskart li sabu barra r-residenzi, barra ristoranti u uffiċini.

Il-boroż ittieħdu l-kunsill lokali tal-Birgu fejn infetħu sabiex jiġi analizzat kemm il-Ġirbin u ristoranti u l-uffiċini li hemm fil-lokalità qegħdin jifirdu sew l-iskart.

Xenia Loizidou mill-għaqda governattiva Ċipriotta tkellmet dwar x’sabu fl-ewwel ġurnata ta’ dan l-esperiment.

Loizidou qalet: “I can tell you that we are impressed of the level of recycling that is done in households, especially organic, which is the problem generally. We found less than 5% organic in mixed waste which I can tell you, we are working in more than 50 countries and this is the first time we found this amazing result in municipal household waste”. 

Is-Sindku tal-Birgu John Boxall qal li dan il-proġett se jsir darbtejn f’xahar sa Diċembru u wara jsiru r-rakkomandazzjonijiet neċessarji.

Iżda mhux l-istess jista’ jingħad għall-istabbilimenti kummerċjali li ħafna minnhom baqgħu jarmu kollox f’borża waħda.

Boxall stqarr “Nixtieq nagħmel appell lill-Gvern ċentrali biex bħalma saret il-liġi għal kull resident li jgħix f’dawn il-gżejjer, issir ukoll il-liġi għal kull ħanut li hawn f’dawn il-gżejjer” .

Dan il-proġett se jsir ukoll fuq il-campus tal-MCAST.

Apparti dan il-proġett, se jiġu installati 15-il kontenitur tal-iskart fil-Birgu, u s-sena li ġejja se jiġi installat seadrone li jigbor l-iskart mill-baħar.

L-Uffiċjal tal-kumpanija Coca Cola Stephen Bonnici  tkellem dwar l-impenn tagħhom sabiex ikollna dinja aktar nadifa.

Bonnici tenna li “Għandek aspett ta’ on the go recycling, fejn qed jiġu nstallati numru ta’ bins biex dak li jkun meta jkun barra u jikkonsma affarijiet u jiġi biex jarmi, ma jarmix ġo bin wieħed imma jissortja mill-ewwel, imbagħad hemm l-aspett edukattiv. L-aspett edukattiv ħa jolqot kemm tfal tal-iskejjel kif ukoll il-pubbliku inġenerali għax ħa jkollna stalls differenti fosthom Science in the City”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend