Konferenza fuq id-dimensja xprunata mill-pjan nazzjonali ta’ pajjiżna – One News

Notifiki

Konferenza fuq id-dimensja xprunata mill-pjan nazzjonali ta’ pajjiżna

F’pajjiżna qed ikun organizzat għall-ewwel darba il-European and Eastern Mediterranean Regional Workshop dwar id-dimensja.

Konferenza li qed issir b’kollaborazzjoni bejn l-għaqda Dinjija tas-Saħħa u s-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabiltà u Anzjanità Attiva. 

Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis spjega li r-raġuni għala dil-konferenza saret f’pajjiżna kienet xprunata mill-pjan nazzjonali ta’ Malta.

Agius Decelis stqarr li “L-Istrateġija nazzjonali ta’ Malta ġibdet l-attenzjoni tal-WHO fejn il-World Health Organisation qalet li l-istrateġija tagħna hija waħda mill-aqwa stratġiji li hawn fid-dinja u qed tinkoraġixxi lill-pajjizi l-oħrajn jiġu jistudjaw x’qed nagħmlu aħna dwar id-dimensja biex jagħmlu bħalna. U allura aħna hawnhekk qegħdin nospitaw l-ewwel meeting tax-xorta tiegħu li qatt sar fl-Ewropa biex ngħidu lill-pajjizi l-ohrajn x’qed nagħmlu aħna u naqsmu flimkien x’qegħdin jagħmlu huma u nitgħallmu minn xulxin”.

Il-pjan nazzjonali ta’ Malta tnieda fl-2015, u huwa mmirat sabiex jindirizza l-fatt li fid-dawl li f’pajjiżna għandna popolazzjoni li qed tixjieħ, sal-2050 se jkun hawn 4% tal-Maltin li jbatu mid-dimensja.

Fost oħrajn, l-istrateġija nazzjonali tikkonsisti minn kampanja t’ għarfien u kif ukoll programm televiżiv.

Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis temm jgħid “Qegħdin nagħlmu iktar lil poplu kif ghandu jagħraf is-sintomi u allura jsaqsi għall-għajnuna. Qegħdin imbagħad fuq livell ieħor nedukaw lin-nies. Għandna courses kemm livell post diploma, kemm diploma, kemm Università kif ukoll għal dawk li mhumiex mediċi biex dawn jittrenjaw lilhom infushom b’courses ta’ għaxar ġimgħat li qed nagħmlu ġewwa San Vinċenz biex il-qraba u l-ħbieb jitgħallmu kif se jġibu ruħhom”.

L-iskop tal-konferenza li qed issir fuq jumejn għandha l-għan li jsir skambju ta’ ideat sabiex jinbnew diversi networks biex ikunu megħluba d-diskrepanzi bejn pajjiżi li huma preparati għal kontra d-dimensja u oħrajn li mhumiex.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *