Il-MEA ma taqbilx li tingħata festa pubblika oħra – One News

Notifiki

Il-MEA ma taqbilx li tingħata festa pubblika oħra

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem qiegħda tipproponi li fil-baġit għas-sena d-dieħla l-Gvern ma jagħtix jum ieħor frank biex jikkumpensa għal btajjel pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa.   

Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni qalet li jekk din il-miżura ma tiġix irkuprata b’iktar effiċjenza, ikun hemm bżonn li jitħaddmu mal-2,5000 ħaddiem biex jagħmlu tajjeb għaliha.

Din il-proposta bdiet tiġi implimentat għall-ewwel darba minn Gvern Laburista fil-baġit għas-sena 2018.

Dan wara li fil-kampanja elettorali tal-elezzjoni ġenerali li għaddiet, il-Prim Ministru Joseph Muscat wiegħed li jekk jerġa’ jingħata l-fiduċja tal-poplu, minnufih wara l-elezzjoni kien se jimplimenta l-wegħda li jagħti lura l-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħal lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Dan wara li kienu nsterqu minn Gvern Nazzjonalista.

Wegħda li permezz tagħha l-Gvern wera l-impenn tiegħu sabiex itejjeb il-kwalità tal-familji Maltin u Għawdxin.

Fil-fatt għat-tieni sena konsekkutiva din il-proposta kienet inkluża wkoll fil-baġit għal din is-sena, biex b’hekk il-ħaddiema Maltin u Għawdxin ingħatawlhom lura jumejn frank għaż-żewġ festi pubbliċi li din is-sena ħabbtu fi tmiem il-ġimgħa.

Fil-proposti tagħha, il-MEA inkludew numru ta’ proposti oħra fosthom: li tingħata nofs il-pensjoni għal min jibqa’ jaħdem wara l-età tal-irtirar u  li tiġi ċċarata l-qagħda tal-ħaddiema minn pajjiżi terzi f’Malta fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend