Taljan ta’ 43 sena tilef ħajtu traġikament wara li seħħ inċident bejn mutur u karozza fi Triq il-Qala, Għajnsielem. L-inċident seħħ fis-19:30 tal-Ħamis filgħaxija meta għal xi raġuni seħħet il-ħabta bejn il-mutur tat-tip Kymco misjuq mir-raġel u Suzuki Alto misjuqa minn mara ta’ 30 sena minn Nadur.
Immedjatament fuq il-post issejħet l-assistenza minn tim medika mill-emerġenza tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex madanakollu l-persuna ġiet ddikjarata mejta ftit tal-mumenti wara. Il-mara wkoll ttieħdet l-isptar madankollu l-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxxija mill-Maġistrat tal-għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.