Grupp ieħor ta’ immigranti li ddaħħlu f’pajjiżna fl-aħħar jiem dalgħodu qabdu t-triq lejn Franza.
Fi tweet, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li hekk kif imwiegħed, Franza kompliet iżżomm mal-impenn tagħha li tieħu l-immigranti li ddaħħlu f’Malta fuq l-Ocean Viking.
Il-Ministru Franċiż kien iddikjara pubblikament li Franza kienet se tieħu 150 immigrant minn fuq dan il-bastiment.
one.com.mt jinsab informat li l-immigranti se jkunu qegħdin jivvjaġġaw lejn Franza permezz ta’ ajruplan apposta li ntbagħat f’Malta mill-Gvern Franċiż.
Dan kien it-tielet grupp ta’ immigranti li ħalla pajjiżna fl-aħħar ħmistax.