Ċifri tal-uffiċċju tal-istatistika Ewropew juru li b’6.5 fil-mija, Malta kellha t-tieni l-ogħla żieda fil-bejgħ bl-imnut fuq bażi annwali fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewopea.
L-istatistika tal-Eurostat turi li f’Lulju li għadda, bħala medja l-volum tal-bejgħ bl-imnut fil-pajjiżi msieħba fiż-żona tal-ewro naqas b’żero punt sitta fil-mija
Qalet li l-akbar tnaqqis ġie rreġistat fil-Kroazja bi tlieta punt tlieta fil-mija, fil-Ġermanja bi tnejn punt tnejn fil-mija u fil-Belġju b’wieħed punt erbgħa fil-mija.
Min-naħa l-oħra, f’Lulju li għadda, Malta flimkien mal-Bulgarija kellha t-tielet l-ogħla żieda fil-bejgħ bl-imnut fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.