Iktar minn tunnellata ta’ skart inġabru minn qiegħ il-baħar f’ħidma kkordinata bejn il-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi u l-Awtorita Maltija għat-Turiżmu.
Dan f’inizjattiva oħra ta’ tindif ta’ qiegħ il-baħar li saret fl-aħħar jiem.
L-iskart varja minn flixken u oġġetti oħra ta’ konsum t’ikel u xorb, sa biċċiet kbar tal-ħadid li kienu ntremew fil-baħar.