Raġel, li l-identità tiegħu għadha trid tkun stabbilita, instab mejjet f’karozza fil-Mosta.
Ir-raġel instab mejjet f’karozza tat-tip Volkswagek pparkjata fil-parkeġġ biswit ir-Rotunda tal-Mosta, fii Trejqa Parroċċa, għall-ħabta tas-6:45 ta’ filgħodu.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post, fejn hemmhekk ġie kkonfermat ir-rapport. Il-vittma, li hu raġel, ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. L-identità tiegħu għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet sabiex tiġi stabbilità d-dinamika ta’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr N. Galea Sciberras LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.