Raġel ta’ 39 sena ndarab gravi wara li waqa’ minn madwar żewġ sulari.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-2:30 ta’ filgħodu fi Triq id-Drama, Ħal Qormi.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 39 sena minn Nepal u jirrisjedi Ħal Qormi, indarab wara li għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.