Boris Johnson b’wegħda friska għal ftehim dwar Brexit – One News

Notifiki

Boris Johnson b’wegħda friska għal ftehim dwar Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson wiegħed li se jagħmel l-aħjar li jista’ biex jikseb ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar Brexit sal-31 ta’ Ottubru li ġej. Dan sigħat wara li deċiżjoni tiegħu li jissospendi l-Parlament Ingliż ix-xahar id-dieħel xprunat rabja kbira f’pajjiżu, tant li saret petizzjoni li fi ftit sigħat ġabret mal-miljun firma. 

Issa, in-negozjaturi dwar Brexit, kemm tar-Renju Unit kif ukoll tal-Unjoni Ewropea, mistennija jibdew jiltaqgħu darbtejn fil-ġimgħa sa ma’ jiltaqa’ summit kruċjali dwar is-suġġett bejn is-17 u t-18 ta’ Ottubru.

L-Unjoni Ewropea ħarġet tgħid li fid-dawl ta’ dan, qed tistenna li l-Gvern Ingliż iressaq proposti konkreti dwar ftehim li jista’ jintlaħaq bejn iż-żewġ partijiet hekk kif id-data finali ta’ Brexit riesqa aktar fil-viċin.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend