Jinqabdu jisirqu ‘Playstation’ minn ħanut fil-Belt

Dalgħodu żewġ persuni serqu Playstation 4 mill-ħanut tal-Forestals  fi Triq ir-Reppublika, il-Belt Valletta. 

Wieħed mill-individwi aljena lil ħaddiem li dak il-ħin kien fil-ħanut, filwaqt li li l-ieħor wettaq is-serqa.

Iż-żewġ persuni ħarbu minn fuq il-post waqt li skatta l-alarm tal-ħanut.

Fuq post fuq Facebook il-kumpanija qed titlob lill-pubbliku biex jgħaddi l-informazzjoni lill-pulizija jekk ikun jaf xi ħaġa. Hija qiegħda toffri donazzjoni ta’ €200 għal min jagħti xi informazzjoni li twassal għall-arrest ta’ dawn il-persuni.

Filwaqt li enfasizzat li kull informazzjoni se tkun ittrattata b’kunfidenzjalità.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend