Żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Fgura ndarab serjament f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 p.m. fi Triq Aldo Moro meta ż-żagħżugħ li kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha tilef il-kontroll u waqa’. Mad-daqqa ż-żagħżugħ tar minn fuq il-mutur li baqa’ jitkaxkar għal diversi metri. Huwa deher li kellu ġrieħi f’rasu u f’idu.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn bosta sewwieqa li inzertaw l-inċident u aktar tard minn tim mediku mill-isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.