Titlesta parti importanti mill-proġett fil-‘pitch’ tas-Sirens – One News

Notifiki

Titlesta parti importanti mill-proġett fil-‘pitch’ tas-Sirens

Ftit xhur biss wara li grigalata farrket għalkollox il-pitch tas-Sirens f’San Pawl il-Baħar, tlestiet struttura msejħa bħala wave wall intiża sabiex tipproteġi l-pitch minn maltempati simili fil-futur.

Dan fl-ewwel parti ta’ proġett li l-klabb tas-Sirens qiegħed jagħmel biex jimmodernizza l-faċilitajiet tiegħu, b’investiment ta’ iżjed minn 2 miljun ewro minn fondi tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-Ministru Ian Borg spjega li dawn il-fondi huma possibbli permezz tal-iskema ta’ regolarizzazzjoni li fl-aħħar jiem iġġeddet għal sena oħra, kif ukoll mal-multi li jħallsu żviluppaturi li ma jaħsbux għal spazji ta’ parkeġġ fil-proġetti tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius fisser kif sena wara sena, il-pitch tas-Sirens kien dejjem iġarrab ħsarat kbar kawża tal-maltemp fix-xhur xitwin. Saħaq li issa l-klabb jista’ jħares ‘il quddiem li jibni pitch ta’ livell internazzjonali.

Filwaqt li rringrazzja lill-Awtorità tal-Ippjanar, Il-President tal-Klabb Akwatiku tas-Sirens Dr Lino Vella qal li permezz tat-tlestija tal-ħajt issa jista’ jsir il-fazi li jmiss tal-proġett li tinkludi l-iskavar ghal indoor swimming pool. Spjega li s’issa l-ispiża tal-proġett kienet ta’ ftit inqas minn 300,000 ewro.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend