Disa’ frieħ tal-qtates ta’ madwar 6 ġimgħat, instabu abbandunati f’kaxxa wara bieb ta’ klinika tal-veterinarju fir-Rabat Għawdex.
Dawn il-qtates immedjatament sabu l-qalb tajba tal-veterinarju Għawdxi u ttieħdu taħt idejh għall-kura.
Intant, għal dan, il-Ħaddiema ta’ din il-klinika qed jappellaw lill-poplu sabiex jadottaw dawn il-qtates peress li ma hemx alternattiva oħra f’santwarji tal-annimali.
Il-Kuntatt hu 9982 3658.