Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li bħala Kap tal-Oppożizzjoni jħeġġeġ lill-gvern biex idaħħal lill-immigranti li hemm fuq bastimenti ta’ salvataġġ f’nofs il-Mediterran.
Fuq facebook, Adrian Delia qal li l-gvern għandu jagħmel il-każ ta’ Malta quddiem l-Unjoni Ewropea. Peró, żied Delia, qabel kollox Malta għandha tmexxi bl-eżempju.
Hu tenna kif l-ewwel għandhom jiġu l-ħajjiet. Bħalissa hemm kriżi ta’ immigrazzjoni fil-baħar Mediterran. Iktar kmieni llum, fi tweet, il-Ministru Michael Farrugia qal li l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ huwa x-xogħol li jagħmlu ta’ kuljum il-Forzi Armati ta’ Malta, iżda tenna li dan ma nistgħux nibqgħu nagħmluh waħidna bħala pajjiż.
Intant l-aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda spjegat kif mija u wieħed u ħamsin persuna jinsabu fuq il-bastiment Open Arms filwaqt li tlieta mija u sitta u ħamsin persuna ġew salvati m’ilux mill-vapur Ocean Viking.