Trump jippoża ma’ tarbija li tilfet lill-ġenituri f’attakk tal-massa – One News

Notifiki

Trump jippoża ma’ tarbija li tilfet lill-ġenituri f’attakk tal-massa

Il-President Amerikan Donald Trump flimkien ma’ martu Melania, żaru iċ-Ċentru Mediku Universitarju f’El Paso fl-istat ta’ Texas.

Il-koppja ħadu ritratt ma’ tarbija li spiċċat orfni wara li tilfet lill-ġenituri f’attakk tal-massa b’sensiela ta’ sparaturi. Huma dehru fir-ritratt jidħku u b’mod speċjali juri lill-President Amerikan joħroġ subgħajh il-kbir li normalment nassoċċjawha ma’ xi ħaġa tajba li tkun ġrat.

Andre and Jordon Anchondo, il-ġenituri tat-tarbija nqatlu s-Sibt li għadda meta aggressur b’arma beda jispara fi stabbiliment tax-xiri. Il-ġenituri tat-tarbija allegatament bdew jipproteġu lit-tarbija tagħhom li spiċċa kiser żewġt iswaba waqt l-attakk.

L-akkatt f’Texas seħħ 13 -il siegħa biss qabel attakk ieħor f’Dayton fl-istat ta’ Ohio. Żewġ attakki li ħa l-ħajja ta’ 32 persuna. Ġimgħa qabel biss seħħ attakk simili f’festival tat-tewm f’Kalifornja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend