BIR-RITRATTI: Installati 16 -il arblu tad-dawl fir-Rabat wara snin bla dawl – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Installati 16 -il arblu tad-dawl fir-Rabat wara snin bla dawl

Il-bieraħ f’Għar Barka fir-Rabat ġew installati 16 -il arblu bl-aħħar teknoloġija. Dan wara li r-residenti Rabtin għamlu snin sħaħ mingħajr triq imdawla.

Dan ħabbru s-Sindku tar-Rabat Sandro Craus. Stqarr li apparti l-installazzjoni tad-dwal, il-bankina li fuqha saru l-arbli tad-dawl ingħataw tindifa papali u fil-jiem li ġejjin ser jinqatgħu zkuk ħżiena tas-siġar.

Dan filwaqt li s-Sindu Craus ħabbar li qed isiru xogħolijiet fi ġnien fil-viċinanzi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend