Notifiki

Jitnieda l-ktieb ‘Gozo, an island of beauty, history, and culture’

Tnieda l-ktieb ‘Gozo, an island of beauty, history, and culture‘ miktub mir-Rev. Joseph Bezzina u jinkludi fih ritratt miġbuda mill-fotografu Daniel Cilia. 

Dan il-ktieb hu mqassam f’seba’ kapitli: tagħrif ġenerali fuq Għawdex u Kemmuna; ġirja ma’ sebat elef sena ta’ storja; l-Għawdxin, il-lingwa, u l-ikel preferit ta’ Għawdex; għaxar leġġendi minn Għawdex; tagħrif ħafif fuq iċ-Ċittadella, ir-Rabat, l-irħula, u l-ħariet tal-gżira; il-festi patronali; u fl-aħħar, iċ-ċelebrazzjonijiet li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed jorganizza fuq skala reġjonali. Dr Bezzina spjega li għalkemm ir-riferenzi ma ddaħħlux fi ktieb ta’ din ix-xorta, kulma nkiteb hu bbażat fuq id-dokumenti li hu jifli fl-Arkivju Nazzjonali li jmexxi hu, u f’arkivji oħra. Anki l-parti dwar l-ikel partikolari ta’ Għawdex hi bbażata fuq riċerka arkivistika. Hu żied jgħid li l-arkivji huma teżor ewlieni ta’ Għawdex għax bir-riċerka fihom wieħed isir jaf aħjar l-istorja u l-identità tagħna. Dan spjegah l-awtur tal-ktieb, Rev.  Joseph Bezzina.

Il-fotografu Daniel Cilia stqarr kemm għandu għal qalbu l-gżira ta’ Għawdex u, minkejja li kemm-il darba ddokumenta bir-ritratti tiegħu s-suġġetti ta’ dan il-ktieb, xorta waħda rnexxielu jsib biżżejjed suġġetti oriġinali biex ikun jista’ joħloq ktieb ġdid bħal dan.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana li kienet preżenti għat-tnedija  tal-ktieb Gozo, an island of beauty, history, and culture. Il-ktieb, b’narrattiva mexxejja tal-istoriku Joseph Bezzina, u b’ritratti eċċellenti tal-fotografu Daniel Cilia, sar bl-inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex.

Caruana qalet li xtaqet u promoviet din il-pubblikazzjoni biex isservi bħala vetrina għal Għawdex, bħala rigal lill-mistednin distinti li jżuruna. Għawdex sabiħ wisq, u din is-sbuħija qiegħda
toħroġ b’mod eċċellenti fil-pubblikazzjoni. Il-ministru kompliet billi qalet li dan il-ktieb se jilħaq liskop li għalih sar, li juri s-sbuħija, l-istorja, u l-kultura ta’ gżiritna.

Il-ktieb Gozo, an island of beauty, history, and culture jinsab għall-bejgħ mil-librara ewlenin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend