Notifiki

Inqas konsum ta’ laħam jgħin fit-tibdil fil-klima

Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti sostnew li jekk ħafna min-nies jibbażaw id-dieta tagħhom fuq ħaxix, tgħin biex jiġi kkontrollat it-tibdil fil-klima. Dan ħareġ minn rapport imħejji minn 107 xejenzati. Ir-rapport jgħid li l-konsum għoli ta’ laħam u prodotti tal-ħalib qed jixpruna t-tibdil fil-klima. Minkejja dan l-istqarrija, l-ebda xjenzat mhu qed jgħid li kull persuna għandha taqleb għad-dieta veġiterjana jew vegan. 

Ir-rapport ġie ppreparat għall-Bord Intergovernattiv tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-tibdil fil-klima, fejn riżultat mir-riċerka juri li jekk l-użu tal-art tintuża b’mod effetiv, l-art tkun tista’ taħżen aktar karbonju li joħloq l-uman. L-istess rapport jappella għall-azzjoni drastika biex titwaqqaf il-ħsara li qed issir fil-ħamrija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend