“Nitlobkom. Tħallux dan l-ilsien imut!” – barrani li tgħallem il-Malti – One News

“Nitlobkom. Tħallux dan l-ilsien imut!” – barrani li tgħallem il-Malti

Raġel ta’ nazzjonalità barranija, li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar sena u nofs, appella lill-Maltin biex ikomplu jsaħħu l-ilsien Malti u ma jħalluhx imut. 

F’messaġġ fuq grupp fuq Facebook, f’messaġġ twil miktub bil-Malti, l-istess raġel spjega kif kemm-il darba ra kummenti ta’ Maltin jilmentaw dwar kif il-barranin f’pajjiżhom għandhom jitgħallmu l-lingwa Maltija.

Spjega kif kemm il-barrani f’Malta u kif ukoll il-familji Maltin iridu jagħmlu ħilithom biex jgħallmu l-lingwa Maltija lil uliedhom għax jekk dan ma jsirx żgur mhux forsi li dan l-ilsien se jispiċċa jmut u probabilment joħodlu postu l-Ingliż.

L-istess raġel sostna kif hu jaħseb li hemm bżonn ta’ aktar inizjattivi biex lill-barrani jħeġġu jitgħallem il-lingwa Maltija fejn ġab eżempju kif persuna, qabel jinħariġlu l-permess ta’ residenza, irid jispiċċa kors tal-Malti f’livell MQF2.

Hu temm il-messaġġ tiegħu billi qal “Nitlobkom, tħallux dan l-ilsien tal-għaġeb imut,”

Kienu bosta li faħħruh għall-użu tal-Malti fil-messaġġ tiegħu fejn qablu miegħu u tennew l-importanza tal-użu ta’ ilsien pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend