Xufier jista’ jgħoddha b’waħda wara li l-karozza li kien qed isuq saret ħuġġieġa waħda.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-6:00 f’San Pawl il-Baħar meta kawża ta’ xi ħsarat il-karozza tat-tip Alfa Romeo nħakmet minn nirien.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn ikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.