L-ITS fetaħlu dinja ta’ opportunitajiet – One News

Notifiki

L-ITS fetaħlu dinja ta’ opportunitajiet

Iltqajna ma’ David Spiteri.  Raġel ta’ 34 sena li minn student tal-ITS ftit tas-snin ilu llum huwa general manager f’kumpanija lokali tal-immaniġjar tad-destinazzjonijiet.  Spjega kif l-ITS tatu ċ-ċans jibda mill-qiegħ. 

David Spiteri li General Manager f’kumpanija tal-ospitalità qal: “Dak iż-żmien irnexxieli naħdem f’lukanda fejn mill-qiegħ tgħallimt napprezza u bil-mod il-mod nitla fil-karriera tiegħi”.

David jemmen li min jaspira għal karriera fis-settur tal-ospitalità jrid jifhem dak li jiġri fil-livelli differenti.  Hekk jitgħallem u juri xi jsarraf.

Spiteri tenna li “Trid turi l-flessibilità tiegħek. Għalkemm jiena per eżempju qatt ma kont xi chef kbir, kien tajjeb li naħdem ġo kċina, inservi nies, napprezza s-sħanat li jkun hemm ġol kċejjen, napprezza l-ħinijiet twal li dawn in-nies jagħmlu fuq saqajhom”.

Illum jitkellem mar-rappreżentanti ta’ kumpaniji ġganteski li jfittxu post fejn jlaqqgħu konferenzi tal-ogħla livell.  Jirrakkonta kif il-ħiliet li ħa mill-ITS japplikahom ta’ kuljum kemm għalih, ukoll għall-Malta.

“Dawn in-nies ikollhom x’jaqsmu mad-dinja kollha u huwa sta għalik kif tpenġi lil Malta u fl-aħħar mill-aħħar li jiġu hawnhekk u jieħdu gost u jiġu lura”. sostna Spiteri

Hemm min sar jaħseb li xogħol fl-ospitalità hu xi ħaġa ta’ ħaddiema barrani.

Iżda David spjega li jekk imħarreġ u għandek ir-rieda din hi karriera li  tista’ tiftaħ bosta orizzonti ġodda.

Huwa sostna “Ma jfissirx li għax tkun waiter hija xiħaġa degredanti, lanqas xejn. Jien nemmen li għandek tkun waiter imma jista’ jkun li maż-żmien tiftaħlek iktar pożizzjonijiet ġo lukanda u maż-żmien tilħaq restaurant manager, tilħaq operations manager, kif ukoll hawn ħafna min-nies lokali li kienu fil-klassi tiegħi li llum qed imexxu kumpaniji kbar u dawn studjaw bħali l-ospitalità”.

David huwa wieħed minn diversi eks-studenti tal-ITS li bħalissa huma parti mill-kampanja “Spread your wings” maħsuba biex iktar persuni jagħżlu l-ITS.

Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech spjega li l-qofol tal-kampanja hu li tesponi l-bidla li ġġib magħha fl-individwu din l-istituzzjoni edukattiva.

 “Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS, Pierre Fenech qal li “Il-progression tant hi mgħaġġla li l-istudenti tagħna thank god huma well sought, kulħadd iridhom u l-prospetti huma sbieħ ħafna”.

Fl-aħħar sentejn l-ITS kompliet ittejjeb il-korsijiet tagħha billi bdiet toffri korsijiet fuq livell ta’ baċċellerat u minn din is-sena se toffri kors f’livell ta’ Masters fl-Immaniġjar tal-Ospitalità Internazzjonali b’kollaborazzjoni mal-kumpanija Emirates. Fenech jgħid li dan il-kors ta’ masters qed jattira ħafna interess.

“Kif jidhru li sejrin l-affarijiet jidher li se jkollna ngħalqu l-applikazzjonijiet qabel u probabilment niftħu cohort ieħor minn Frar tal-2020”, sostna Fenech.

L-applikazzjonijiet għal korsijiet kollha jgħalqu fid-9 ta’ Awwissu u wieħed jista’ japplika online minn fuq www.its.edu.mt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend