Il-‘Maltco’ miżmuma milli tqassam €820,000…mara ssostni li huma tagħha – One News

Notifiki

Il-‘Maltco’ miżmuma milli tqassam €820,000…mara ssostni li huma tagħha

Il-Qorti waqqfet lil Maltco milli tagħti għall-kawżi ġusti l-premju ta’ €820,000 li ma nġabarx. Dan wara li mara li qalet tilfet il-biljett fetħet kawża biex toħodhom hi. Il-flus issa għandhom jinżammu għand il-Maltco sakemm il-Qorti tiddeċiedi l-kawża. 

F’dan il-każ it-tlugħ tas-Super 5 kien sar fit-18 ta’ Mejju u l-biljett inxtara mill-Qawra. Il-Maltco kienet qalet li ħadd ma jmur bil-biljett rebbieħ sas-17 ta’ Lulju l-flus kienu se jmorru għal kawżi ġusti. Il-mara stqarret li l-biljett tilfitu wara li ħarġet mill-isptar. Hija qalet ukoll li kien ilha tipprova xortiha bl-istess numri għal aktar minn disa’ xhur u fil-qorti hija kompliet tgħid li dejjem kienet tmur fil-fergħa tal-Maltaco biex tisscanjahom u tibdilhom ma’ biljetti ġodda.

Il-mara tenniet tgħid li bi żball tefgħetu ma’ biljetti qodma, bl-avukat tagħha jgħid li għandha biżżejjed evidenza li turi li kienet xtrat il-biljett. Prim Imħallef Joseph Azzopardi li mexxa s-seduta qal li jkun għaqli li għalissa l-Maltco ma tagħmel xejn bil-flus tal-premju. Għalhekk ingħata mandat ta’ projbizzjoni sakemm ikompli jinstema’ l-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend