Impjegati ta’ Burgers Ink taw informazzjoni biex jinsterqu 48,992 ewro mir-ristorant

Roxanne Grech ta’ disgħa u għoxrin sena mill-Imsida u Ryan Azzopardi ta’ għoxrin sena minn Bormla, impjegat ta’ Burgers Ink tressqu l-qorti akkużati li taw informazzjoni sabiex isir serqa mir-ristorant fis-suq tal-Belt. Huma ġew akkużati b’kompliċità fis-serqa li saret nhar it-Tnejn. 

B’rabta ma dan il-każ tressaq ukoll Adnan Saed ta’ sitta u għoxrin sena mill-Libja, li kkometta s-serqa ta’ 48,992 ewro.

Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-ispettur Fabian Fleri u Lydon Zammit qalu li Saed wara li ħa l-basket mimli flus rikeb ġo taxi, li kienet misjuqa minn żgħażugħ li tressaq il-qorti kompliċi nhar l-Erbgħa.

Jirriżulta li sid it-taxi kellu informazzjoni ma’ Grech u Azzopardi sabiex jassistu lil Saed fis-serqa.

Il-pulizija qalet li sa issa minn din is-serqa l-pulizija rrkuprat ħdax-il elf ewro mis-serqa.

S’issa ma jirriżultax li żewġ impjegati ħadu xi flus.

Grech u Azzopardi wieġbu ħatja tal-akkużi fil-konfront taghom.

Il-Magistrat Gabriella Vella sabet lil żgħażagħ ħatja. Fid-dawl li huma kkoperaw mal-pulizja huma ntbghatu sentejn ħabs sospiża ghall-erba’ snin. Huma nghataw ordni biex ma jkellmux lil Daniel Borg Cardona sid Burgers Ink.

Is-salarju se jingħata lilhom b’arranġamenti bejn l-avukati, biex ma jagħmlux kuntatt ma’ sid Burgers Ink.

Intant Saed ukoll ikkopera mal-pulizija. Intqal li parti mill-flus li seraq diġà marru pajjizu.

Huwa wieġeb ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.

Il-Maġistrat Gabriella Vella sabet lill-akkużat ukoll ħati. Huwa ġie kkundanat tmintax-il xahar ħabs.

Huwa riċediv, għaldaqstant se jagħmel il-habs sitt xhur oħra li kellu f’sentenza sospiża fil-konfront tiegħu fil-passat. B’kollox se jagħmel sentejn ħabs.

F’każ ieħor li kellu huwa kien għamel ħsara u kiser xi affarijiet fl-emerġenza.

Fuq il-post waqt l-arrest tax-xufier tat-taxi kompliċi mas-serqa
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend