Il-Prim Ministru jżur il-festa ta’ Kristu Salvatur f’Ħal Lija – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jżur il-festa ta’ Kristu Salvatur f’Ħal Lija

F’serata sajfija fil-bidu tax-xahar ta’ Awwissu l-Prim Ministru Joseph Muscat żar il-festa ta’ Kristu Salvatur f’Ħal Lija. 

Dan hekk kif bħal kull sena l-Banda San Piju X tellgħet il-kunċert annwali tagħha din id-darba b’kommemorazzjoni għall-20 sena ta’ ħidma mużikali mis-Surmast Reno Busuttil.

Fil-fatt il-kunċert li inkluda mużika mill-films popolari Cinema Paradiso u Mary Poppins ingħata l-isem Awguri Surmast!

F’diskors tal-okkażjoni, il-Prim Ministru spjega kif din il-festa għandha sinifikat importanti għalih kemm personalment u anke professjonalment.

Filwaqt li fakkar kif ir-residenza uffiċjali tal-Prim Ministru tinsab f’Ħal Lija huwa spjega kif nannuh serva bħala bandist għal żmien twil ma’ din il-banda u għal ħafna żmien speċjalment fit-tfulija tiegħu huwa qatta’ ħafna ħin f’din il-lokalità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend