Ċemplitlu biex joqtlilha wirdiena u skopra li kellha ieħor – One News

Notifiki

Ċemplitlu biex joqtlilha wirdiena u skopra li kellha ieħor

Raġel li wieġeb l-ex mara tiegħu li talbitu biex joqtlilha wirdiena spiċċa l-ġimgħa fil-qorti jiffaċċja akkużi ta’ vjolenza domestika.
Fil-qorti r-raġel qal li l-mara ċemplitlu biex joqtililha wirdiena u wara skopra li kellha raġel minn wara dahru.

Ir-raġel li għandu wieħed u tletin sena żar id-dar tal-ex mara tiegħu li fiha tgħix ma’ binhom. Kien hawn li nqala’ argument jaħraq bejn il-koppja bil-mara tispiċċa ssofri minn ġrieħi ħfif u b’żewġha arrestat.

Ir-raġel qal li ibnu jbati bl-awtiżmu u s-sieħeb ta’ martu juża l-kokaina u l-alkoħol u ma jridux f’ħajjet ibnu.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ erbat elef ewro u wissiet lill-akkużat biex joqgħod ‘il bogħod minn martu.

Il-qorti ordnat ukoll divjet fuq isem l-akkużat biex tħares l-identità tal-vittma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend