BIR-RITRATT: raġel l-isptar wara inċident bil-mutur f’Ħal Luqa – One News

Notifiki

BIR-RITRATT: raġel l-isptar wara inċident bil-mutur f’Ħal Luqa

Raġel ta’ 46 sena residenti San Pawl il-Baħar qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident li kellu bil-mutur ma’ Karozza f’Ħal Luqa.

Il-Pulizija kkonfermat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu fi Triq tal-Ewropa f’kantuniera ma’ Vjal l-Avjazzjoni.

Il-karozza involuta fl-inċident kienet tal-għamla Volsvagen Golf u misjuqa minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Ħamrun.

Fuq il-post immedjatament issejħet l-ambulanza li ħadet ir-raġel ta’ 46 sena l-isptar.

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend