Raġel indarab gravi minn makkinarju f’fabbrika f’Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ illum għall-ħabta tat-15:00 f’fabbrika fil -Qasam Industrijali ta’ Kordin.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 35 sena residenti l-Fgura, sofra xi ġrieħi meta ntlaqat minn makkinarju li kien qed jaħdem fuqu.
Fuq il- post irrikorra tim mediku li assista lir-raġel u ittieħed permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.