Fil-knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat bosta qraba u ħbieb qed jagħtu l-aħħar tislima lil Zep Camilleri.
Dan wara li l-Ġimgħa 26 ta’ Lulju ħalla din id-dinja fl-età ta’ 64 sena.
Zep kien magħruf għal-ħiliet li kellu fil-qasam artistiktu u tal-midja u għal mod ta’ kif l-istess ħiliet kien jirnexxielu jgħaddihom lil ħaddieħor.
Fil-fatt għal-funeral attendew bosta li ħadmu miegħu u tgħallmu minnu tul ħajtu.