Ejjew ngħajtu u nweżqu biex nipprotestaw kontra l-gvern. Dikjarazzjoni mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia inqas minn 24 siegħa wara li ġie kkonfermat li terz tal-kunsilliera Nazzjonalisti ma jriduhx imexxi l-Partit Nazzjonalista.
Delia qal: “Ejjew ngħajtu u nwerżqu biex nipprotestaw kontra gvern.”
Minkejja li terz tal-kunsilliera ma jriduhx, Delia qed jipprova jkompli bil-politika tal-firda. Bħal predeċessur tiegħu Simon Busuttil, li ilu għaddej b’ħidma biex itajru minn Kap Nazzjonalista, Delia reġa beda’ jiżred il-firda bejn nies b’fehmiet politiċi differenti.
“Għax l-avversarji tagħna m’humiex sħabna u ħutna”
U f’botta lejn persuni fil-fazzjoni Busuttil bħal blogger Manuel Delia, il-Kap Nazzjonalista qal li hemm min irid jitkellem fuq min rebaħ u min tilef.
“Għax ħafna nies jixtiequ jew jaqbilhom jitkellmu fuq irbaħna aħna u tilfu huma”
Delia uża l-vot favurih fil-jum tas-Sibt biex jappella lill-fazzjoni ta’ Busuttil taqta’ qalbha.
“Flok nopponu pubblikament niddibattu internament. Iġbdu l-istess ħabel.”
Iżda fl-istess waqt infexx f’attakk u akkuża lil fazzjoni busuttil li trid tibqa’ mwaħħla mal-mentalità tal-passat li ma tridx tinbidel.
“Dawk li imbagħad akkost ta’ kollox ma jridux jew magħluqin jew bilfors li jridu huma, dak ovvjament qed jagħmlu dikjarazzjoni li m’humiex parti minn tim imma parti minn mentalita li ma tridx tinbidel”
Bil-Kap Nazzjonalista ma setgħax jirreżisti ċ-ċans li jitfa botta lejn Jason Azzopardi mill-fazzjoni Busuttil, li ta’ spiss jakkużah fuq il-midja soċjali. L-aħħar akkuża ta’ Azzopardi kienet li Delia qabbad nies qrib tiegħu bhal julian Micallef biex joħolqu profili foloz fuq Facebook biex jattakkaw deputati Nazzjonalisti li ma jarawx għajn m’għajn miegħu. Madankollu issa qed jappella lin-Nazzjonalisti biex ma joqogħdux jitgħajru fuq il-midja soċjali.
“Ejjew nieqfu nattakkaw fuq is-social media”
Skont Azzopardi, nies imqabbda mill-Kap bħal Micallef, ħolqu għaxar profili foloz biex jattakkaw lill Ex Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u deputati Nazzjonalisti tal-fazzjoni tieghu.