Il-Qorti fetħet b’urġenza biex tisma’ każ ta’ raġel ta’ 53 sena minn Ħal Luqa, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, li kien akkużat li ħebb għal martu bi grada tal-ħadid u kkawżalha xi ġrieħi.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh fuq garanzija personali ta’ €2,500.
Se jkun hemm ukoll proċeduri kontra martu hekk kif jidher li l-akkużat safa’ midrub, għalkemm ma tressqux quddiem il-Qorti flimkien minħabba uliedhom.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-mara tal-imputat u ordnat biex l-akkużat jiffirma fl-għassa tal-pulizija darba f’ġimgħa.