Tliet irġiel mill-Alġerija ġew arrestati propju llum wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet u osservazzjoni mill-pulizija.
L-irġiel li għandhom bejn l-etajiet ta’ 47 sena u 51 sena kienu arrestati wara diversi rapporti rigward reati relatati ma’ serq ta’ basktijiet.
Huma qed jinżammu mill-Pulizija biex jgħinu fl-investigazzjonijiet li għadom għaddejjin u
mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.