“Bla kliem meta kont naf li tbigħ is-saħħa”.
Fl-aħħar ħin bdew iduru numru ta’ kummenti fuq il-midja soċjali wara li bosta nħasdu bil-mewt ta’ Ruben Bugeja, għalliem u dilettant tal-muturi.
Bugeja, li sa ftit tas-sigħat ilu kien għadu attiv anki fuq il-midja soċjali, ħalla din id-dinja ħabta u sabta.
Nies li kienu jafuh sew fissru kif il-mewt għall-għarrieda ta’ seħibhom ixxukjathom.
Spjegaw kif Ruben kien iħoss għal ħaddieħor.
“Kemm kien ċempel u nkwieta meta ħija kien weġġa’ bil-mutur”, saħaq Omar Seguna, eks kollega ta’ Ruben li sostna kif għadu ma jistax jemmen li mhux se jerġa’ jara lil sieħbu.
Eks kollega oħra ta’ Ruben kitbet kif huwa kellu qalbu tad-deheb u jaqdi lil dak li jkun.
Fuq kollox spikka l-messaġġ li għix il-ħajja għall-massimu tagħha, għax din hija qasira.