Tifla ċkejkna ddaħħlet l-isptar wara li ġarrbet ġrieħi serji f’rasha.
One.com.mt jinsab informat l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00 p.m. Hija ngħatat l-ewwel għajnuna mil-life guards wara li ħarġu għaliha b’jet ski.
Sorsi qalu li t-tifla tinsab f’qagħda stabbli.
Intant f’inċident separat, raġel ġarrab ġrieħi serji fi spalltu fil-bajja tal-Ġnejna wara li waqa’ minn fuq pedal boat. Huwa ngħata l-ewwel għajnuna mil-lifeguards li ħarġu minnufih biex jagħtu l-ewwel għajnuna.