Juża ritratt ta’ bint Ministru biex jippubbliċizza protesta – One News

Notifiki

Juża ritratt ta’ bint Ministru biex jippubbliċizza protesta

Persuna għażel li juża ritratt ta’ bint il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg sabiex jippubbliċizza protesta kontra s-Central Link Project.

Permezz ta’ status fuq Facebook esponent tal-moviment Graffitti kiteb li t-tifla tal-Ministru Borg deskritta bħala “l-priniċipessa tiegħu” mhux se tkun kburija b’dan il-proġett. Proġett li huwa ntiż li jneħħi t-traffiku mill-qalba ta’ Ħ’Attard u Ħal-Balzan filwaqt li jneħħi diversi traffic lights li jżommu t-traffiku mir-roundabout tal-Bypass tal-Imtarfa sal-junction tal-MFSA.


Dawn l-esponenti ma jaqblux ma’ dan il-proġett għax se jinqalgħu numru ta’ siġar. Madankollu minflokom se jkunu qed jinżergħu aktar minn 700 siġra matura oħra sabiex b’dan il-proġett l-ispazji ħodor mistennija jiżdiedu b’erba’ darbiet.

Il-kumment ta’ dan l-esponent ġab l-istmerrija ta’ bosta fosthom tal-ministru u martu. Il-ministru Borg kiteb li filwaqt li dejjem sema’ u aċċetta opinjonijiet differenti hemm min iħobb jatakka wkoll personalment. Irrimarka wkoll li hawn min mhux komdu jidħol fil-personal biss imma ried iżeffen lil bintu fin-nofs ukoll.

Huwa temm il-kitba tiegħu billi talab lil kulħadd sabiex jargumenta s-suġġett u mhux personalment.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend