Is-Sindku Nazzjonalista ta’ Ħal Balzan Ian Spiteri kkonferma li ebda siġra mhi se tinqala’ kemm minn Vjal De Paule u lanqas minn Triq l-Imdina fl-inħawi ta’ Ħal Balzan.
Spiteri qal dan fl-isfond ta’ bosta allegazzjonijiet li saru b’rabta mas-Central Link Project.
Is-Sindku Spiteri kiteb dan fi tmiem laqgħa urġenti li sejjaħ ma’ Infrastruture Malta, dwar is-Central Link Project.
Saħansitra huwa se qal li se jiżdiedu xi siġar minflok it-traffic lights eżistenti.
Huwa żied jippubblika l-pjanta finali li ġiet approvata.
Qal li dan għamlu fil-kapaċità tiegħu ta’ Sindku biex jipproteġik l-ambjent ta’ Ħal Balzan.