Il-gvern dejjem onora l-ftehim u qatt ma naqas milli jgħin lir-raħħala li jiprovdu l-ħalib – Clint Camilleri – One News

Notifiki

Il-gvern dejjem onora l-ftehim u qatt ma naqas milli jgħin lir-raħħala li jiprovdu l-ħalib – Clint Camilleri

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jinnota l-istqarrija maħruġa mill-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni Edwin Vassallo fejn fl-istess stqarrija naqas milli b’mod ċar jgħid numru ta’ fatti u għal darboħra għażel li jkun selettiv fl-istqarrijiet tiegħu.

Ta’ min wieħed jinnota kif il-ħalib provdut mill-koperattiva tar-raħħala qatt ma għola f’dawn l-aħħar seba’ snin. Hekk kif indikat stqarrija maħruġa mill-MCCAA, din l-awtorità ser tkun qiegħda tikkunsidra dawn iż-żidied mill-aspett regolatorju. Li huwa żgur hu li mhux minnu li l-gvern naqas milli jonora xi ftehim jew li mhux qiegħed jgħin bl-aħjar mod possibbli lil dan is-settur.

Kien biss gvern imexxi mill-oppozizzjoni tal-lum, illi naqset milli tonora l-ftehimiet li daħlet għalihom mar-raħħala, fejn wara li ġew mwegħda kuntratti b’fondi għall-investiment fl-irziezet tagħhom u ntbgħatu jiddejnu, naqsu milli jonoraw li jagħmlu l-pagamenti li jlaħħqu €3 miljun. Kien il-gvern preżenti, permezz tal-ħidma tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali li ħadem u sab soluzzjoni għal dan kollu fejn dawn il-flus ġew mgħotija lura lir-raħħala.

Il-gvern ifakkar ukoll kif permezz ta’ ħidma li saret fuq livell Ewropew, assigura li dan is-settur ser ikompli jgawdi mill-għajnuna speċjali li tlaħħaq €14-il miljun fuq medda ta’ seba’ snin għall-istess raħħala tal-baqar.

Il-gvern huwa kommess li jkompli jtejjeb ir-relazzjoni b’saħħitha li għandu ma’ dan is-settur fejn b’mod kontinwu ssir ħidma importanti sabiex is-settur tar-raħħala tal-baqar kif ukoll l-istess kumpanija, tkun waħda aktar sostenibbli fejn tkompli timmodernizza u tforni ħalib frisk ta’ kuljum lill-pajjiż kollu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend