10 ħaddiema mhux ħatja li rmew għadam tal-mejtin fi skip quddiem l-Addolorata – One News

Notifiki

10 ħaddiema mhux ħatja li rmew għadam tal-mejtin fi skip quddiem l-Addolorata

9 irġiel kollha impjegati fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata nħelsu minn kull akkuża li rmew għadam ta’ persuni mejta fi skips li kien hemm quddiem iċ-Ċimiterju.

Il-każ imur lura għas-sena 2011 meta l-pulizija rċiviet rapporti li kien hemm xi nar f’Raħal Ġdid.

L-akkużati huma, Paul Briffa ta’ 53 sena minn Ħaż Żebbuġ, Saviour Zammit ta’ 62 sena minn Bormla, John Micallef ta’ 55 sena mill-Ħamrun, Francis Mansueto ta’ 52 sena mill-Furjana, Joseph Muscat ta’ 60 sena minn Raħal Ġdid, Terence Agius ta’ 49 sena mill-Furjana, Emanuel Farrugia ta’ 67 mill-Belt Valletta, Paul Genovese ta’ 50 sena minn Santa Luċija, Paul Muscat ta’ 64 sena minn Bormla u Savior Agius ta’ 50 sena mill-Furjana li miet qabel il-seduta finali.

Fil-Qorti ħareġ li dawn l-għaxar ħaddiema ġew imqabda ftit jiem qabel l-inċident sabiex inaddfu qabar ta’ ordni reliġjuża fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia nnutat kif fl-iskips maħruqa nstabu ħwejjeġ, partijiet minn tebut u biċċiet tal-għadam kbar. Ħareġ  li wara ġie ċċertifikat li dawn l-għadam huma tal-umani u li l-ħwejjeġ kienu ta’ ordni reliġjuża.

L-akkużati kollha kienu ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom u ċaħdu li huma ressponsabli għal dan. L-akkużati saħqu li huma tqabbdu sabiex jarmu fdalijiet tat-tebut u tal-ħwejjeġ u li dawn l-iskips kienu jintużaw minn ċimiterji oħra.

L-akkużati qalu li kieku għal dan kienu ikun ressponsabli Saviour Agius għax hu kien jissepara l-għadam tal-mejtin minn fdalijiet oħra, iżda fis-seduti ta’ qabel Agius, kien qal li kieku rema’ xi għadam kien ikunu biċċiet żgħar u mhux għadam ta’ dan id-daqs li nsatbu.

Intant rapreżentant tal-Ordni Reliġjuża kien xehed fil-Qorti li hu kien preżenti xħin inqalgħu l-fdalijiet ta’ Monsinjur Frans Baldacchino u li dawn ttieħdu fiċ-ċimiterju tal-Mosta u li ebda fdalijiet tal-għadam ma ntremew quddiemu.

Il-Qorti rat kif ma kienx hemm provi biżżejjed kontra dawn l-irġiel u ħelsithom minn kull akkuża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend