Żieda ta’ 44.2% fil-wasliet tal-passiġġieri bil-cruise liners – One News

Notifiki

Żieda ta’ 44.2% fil-wasliet tal-passiġġieri bil-cruise liners

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn April u Ġunju li għadda, il-wasliet tal-passiġġieri f’Malta bil-cruise liners kienu jammontaw għal aktar minn mitejn tlieta u sittin elf u sitt mitt passiġġier.

Din kienet tfisser żieda ta’ xejn anqas minn erbgħa u erbgħa fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. Miċ-ċifri joħroġ ukoll li f’dan il-perjodu daħlu fil-Port il-Kbir mija u tletin cruise liner jiġfieri sebgħa u għoxrin vapur aktar minn kemm daħlu f’Malta fl-istess perjodu s-sena ta’ qabel.

Kull vapur li daħal fil-Port ġarr ftit aktar minn elfejn passiġġier, jiġifieri 253 persuna aktar mill-2018. Total ta’ 2,421 passiġġier żaru lil Għawdex.

Aktar minn 65% fil-mija tal-passiġġieri ġew mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea bl-akbar suq ikun dak Ġermaniż, segwit minn dak Taljan u Franċiż.

L-għadd ta’ passiġġieri barra minn pajjiżi Ewropej kien ta’ kważi 91 elf, bi kważi 43 fil-mija tagħhom kienu mill-Istati Uniti.

L-NSO żied jgħid li fl-ewwel 6 xhur tas-sena, il-passiġġieri bil-cruise liners żdiedu b’aktar minn 35 fil-mija u qabżu t-341,000.

Bejn Jannar u Ġunju, daħlu f’Malta 151 cruise liner, żieda ta’ 31 vapur meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend