Il-Qorti terġa’ tiċħad il-ħelsien mill-arrest tal-aħwa DeGiorgio – One News

Notifiki

Il-Qorti terġa’ tiċħad il-ħelsien mill-arrest tal-aħwa DeGiorgio

Il-Qorti reġgħet ċaħdet mill-ġdid it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-aħwa Degiorgio mixlija bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.F’talba li reġgħu resqu mill-ġdid fl-għaxra ta’ lulju, l-George u Alfred Degiorgio talbu sabiex jingħataw il-ħelsien mill-arresst.

L-Imħallef Giovanni Grixti qal li l-kumpilazzjoni ta’ Vince Muscat u George u Alfred Degiorgio waslet fl-aħħar proċeduri.

Għaldaqstant l-oġezzjoni tal-Avukat Ġenerali għall-ħelsien mill-arrest hija ġustifikata.

Huma ġew arrestati fil-ħamsa ta’ Diċembru tal-elfejn u sbatax u qegħdin jiġu mixija li qatlu lil blogger Daphne Caruana Galizia.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend