Dar fix-Xagħra Għawdex inħakmet min-nirien qawwija.
One.com.mt huwa nfurmat li l-inċident seħħ fi Triq Parisott għall-ħabta tat-20:30 ta’ filgħaxija.
Sorsi fuq il-post qalulna li immedjatament issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li għadhom jikkontrollaw in-nirien s’issa, flimkien ma’ ambulanza b’tim mediku.
Jidher li n-nirien bdew minn garaxx tar-residenza.
Għalkemm kien hemm xi nies fir-residenza waqt il-ħruq, fortunatament ħadd ma ndarab waqt dan l-inċident.