Ġie vvandalizzat il-mafkar ta’ Lassana Cisse – One News

Notifiki

Ġie vvandalizzat il-mafkar ta’ Lassana Cisse

Ilbieraħ twettaq att vandalu fuq il-mafkar ta’ Lassana Cisse, l-immigrant li aktar kmieni din is-sena nqatel f’Ħal Far. 

Dan l-att vandalu ħabbru Omar Rababah fuq il-profil ta’ Facebook. Rababah hu ħaddiem fil-qasam soċjali u attiv fil-qasam tad-Drittijiet Umani.

Jidher li l-oġġetti komemorattivi li tpoġġew mal-ħajt u marbutin, inxterdu fuq il-bankina u fejnhom tqegħdu għadd ta’ kartun li kien fihom skart.

Żewġ żgħażagħ li kienu membri tal-Forzi Armati tal-Malta, tressqu quddiem il-qorti akkużati bil-qtil ta’ Lassana Cisse.

 

Ritratti: Omar Rababah

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend