Sewwieq ta’ mutur jittieħed l-isptar wara li karozza laqtitu u baqgħet sejra minn fuq il-post f’Ħal Luqa

Sewwieq ta’ mutur ta’ 71 sena minn Ħal Luqa ttieħed l-isptar wara li karozza, li baqgħet sejra minn fuq il-post, laqtet il-mutur li kien qed isuq l-anzjan.

Il-każ seħħ il-Ħadd għal ħabta tas-7:30 ta’ filgħodu, fi Triq il-Vittmi tal-Gwerra f’Ħal Luqa.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija biex tistabilixxi l-għamla tal-vettura li laqgħtet lill-anzjan, għadhom għaddejin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend