Fid-dagħdigħa tagħha li tissieħeb mal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil li ħareġ qatta’ bla ħabel kontra l-proġett tas-Centrali Link, l-ewro parlamentari Nazzonalista Roberta Metsola ħarġet tikkritika l-proġett b’ritratt ta’ triq tas-Saqqajja’ li l-anqas biss hija parti mill-proġett li kien ilu fuq l-ixkaffa 13-il sena.
F’kumment fuq Facebook, Metsola tellgħet ritratt tat-triq tas-Saqqajja’ bis-siġar u allegat li minħabba l-proġett tas-Central Link se jinqalgħu s-siġar. Dan meta skont il-permess approvat mill-Awtorità tal-Ippjanar il-proġett tas-Central Link jasal sar-roundabout, qabel mas-sewwieqa jaqbdu l-parti tat-triq li appuntu tellgħet ir-ritratt Metsola.
Fil-fatt għall-kuntrarju ta’ dak allegat, is-siġar sbieħ taż-żnuber, min-niżla tas-Saqqajja sal-Kappella tal-Vitorja Ħ’Attard, kuntrarju għall-miżinformazzjoni li qed iddawwar Metsola mhux ser jintmessu u l-uniku tliet siġriet li se jinqalgħu, se jitħawlu minflokom 125 siġra taż-żnuber minflok dawk li kienu mietu maż-żmien, jew tqaċċtu bil-maltempata riċenti.
Dan iffisser li l-kwalità ta’ arja fiż-żona se titjib għax se jonqsu b’mod drastiku l-emissjonijiet fl-akwati.