Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Juncker bi żjara ta’ jumejn f’Malta

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker se jagħmel żjara uffiċjali ta’ jumejn f’Malta.

Matulha huwa se jkun qed jiltaqa’ u se jkollu taħdidiet f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-President Juncker se jiltaqa’ wkoll mal-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz il-Belt. Wara, waqt ċerimonja, huwa se jingħata s-Sħubija Onorarja tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fil-Grad ta’ Kumpann bl-Istilla.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend