Mario Degiorgio huwa l-attivist nazzjonalista li kien qiegħed jitqabbad minn Julian Micallef, ħabib tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, sabiex fost oħrajn joħloq profili foloz fuq Facebook biex jattakkaw lid-deputati tal-fazzjoni tal-eks Kap Simon Busttil.
Dan l-attivist Nazzjonalista bagħat ittra lil Adrian Delia u qallu li hu tqabbad minn Julian Micallef sabiex jagħmel ċerti affarijiet, li sal-lum il-ġurnata għadu ma jafx jekk kienx jaf bihom. Dan minħabba li Delia u Micallef huma ħobża u sikkina.
Minkejja li ismu tneħħa qabel ma ġiet ippublikata l-ittra, ONE News jista jizvela li dan l-attivist huwa Mario Degiorgio li fit-tellieqa għal Kap ħareġ għonqu għal Delia.
Degiorgio kien instab ħati mill-qorti li bagħat ritratti ta’ partijiet privati tiegħu lil tifla ta’ sittax-il.
Il-blogger Daphne Caruana Galizia kienet ġabet din l-istorja fuq il-blog tagħha, fejn innotat li ma Adrian Delia jkun hemm nies b’passat kriminali.
F’Mejju li għadda Degiorgio maru fuq Facebook u kien kiteb li talab apoloġija lill-eks kap Simon Busuttil talli kien għajru u offendih.
Fil-fatt, De Giorgio fl-ittra li bagħat lil Delia qallu li Julian Micallef kien iqabbdu sabiex jattakka lid-deputati qrib ta’ Busuttil, l-aktar lid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Darba minnhom kien imġiegħel jitfa’ ritratt fuq il- Facebook personali tiegħu, tal-eks mara ta’ Azzopardi ma’ Adrian Delia. Tattikka sabiex il-fazzjoni Delia tattakka lil Azzopardi.
Issa li De Giorgio fetaħ ħalqu, qiegħed jibża li Julian Micallef jista’ jagħmel xi ħaġa lilu jew lil qrabatu.
Huwa kiteb li se jżomm lil Micallef responsabbli jekk jiġri dan.