Azzjoni f’waqtha ta’ żewġ lifeguards tar-Red Cross salvaw raġel minn ħalq il-mewt wara li sab ruħu f’diffikulta waqt li kien qed jgħum fil-bajja ta’ Golden Bay.Xhieda fuq il-post qalulna li r-raġel li x’aktarx huwa barrani deher jittella’ mill-ilma mitluf minn sensih bil-lifeguards bdew jagħtuh l-ewwel għajnuna sakemm waslet ambulanza mill-Isptar Mater Dei.
Huwa ttieħed l-isptar iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.