Jintemm il-Kampjonat Nazzjonali taċ-ċikliżmu Road Race 2019 – One News

Notifiki

Jintemm il-Kampjonat Nazzjonali taċ-ċikliżmu Road Race 2019

Il-Kampjonat Nazzjonali Road Race organizzat mill-Federazzjoni Maltija għadu kif intemm fejn il-Malti/Awstraljan Alexander Smyth (Team MAAP Basso CC) ġie ddikjarat għall-ewwel darba bħala ċ-Champion Nazzjonali l-ġdid. Huwa kiseb total ta’ 530 punti, miksuba minn żewġ rebħiet fit-tiġrijiet ta’ San Martin u Ta’ Pinellu u s-sitt post f’Tal-Maqluba. Fit-tieni post b’total ta’ 455 punt, ikklassifika l-validu veteran Etienne Bonello tat-Team Greens CC, filwaqt li fit-tielet pożizzjoni ġie kklassifikat iċ-champion tas-sena l-oħra, Christian Formosa ta’ The Cyclist CC b’435 punt.

Marie Claire Aquilina tat-Team Greens CC ikkonfermat is-superjorità tagħha f’din il-kategorija meta għamlithom tlieta minn tlieta wara xulxin biex rebħet il-kampjonat nazzjonali b’massimu ta’ 600 punt. Sħabha tal-istess tim, Lara Buttgieg u Michelle Vella Wood temmew il-Kampjonat Nazzjonali biż-żewġ postijiet rispettivi ta’ wara, b’525 u 450 punt.

Il-kategorija l-ġdida ta’ taħt it-23 sena ntrebħet b’total ta’ 515 punti mill-Għawdxi Joseph Mifsud f’dan l-ewwel staġun tiegħu fiċ-ċikliżmu. Hu rebaħ it-tellieqa f’Tal-Maqluba, filwaqt li spiċċa fit-tieni f’Ta’ Pinellu u r-raba’ f’San Martin. Carl Xuereb ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċa t-tieni b’460 punt, filwaqt li t-tielet post mar għand Isaac Spiteri ta’ The Cyclist CC b’440 punti.

Nikol Micallef ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċa bħala ċ-champion tal-Juniors b’total ta’ 555 punti miksuba minn rebħiet fit-tiġrijiet ta’ San Martin u Ta’ Pinellu u t-tielet post f’Tal-Maqluba. Sieħbu tat-tim tiegħu Clyve Chetcuti spiċċa t-tieni b’525 punti u Luke Borg ta’ The Cyclist CC kiseb it-tielet post b’510 punti.

Il-kategorija tal-Master 40+ reġgħet intrebħet minn Malcolm Cachia ta’ The Cyclist CC fejn baqa’ champion b’480 punt billi rebaħ t-tellieqa Ta’ Pinellu, it-tieni post f’San Martin u s-seba’ post f’Tal-Maqluba. Ħmistax-il punt warajh spiċċa għal darb’oħra Ivan Zammit ta’ B’Kara St.Joseph SC u Nicholas Schembri ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċa it-tielet b’435 punti.

Il-Kategorija tal-Masters 50+ rat is-suċċess ta’ Joseph Micallef tat-Team Greens CC b’575 punti li nkisbu b’rebħiet f’San Martin u Ta’ Pinellu u t-tieni post f’Tal-Maqluba. Warajh spiċċaw żewġ ċiklisti minn Mosta AF Sign Studio CC, Steve Mifsud (505 punti) u Michael Lia (295 punti).

Il-kampjonat maskili ta’ taħt is-16-il sena intrebaħ mill-Għawdxi Darren Sultana ta’ Gozo CC b’575 punt miksuba b’rebħiet f’San Martin u f’Tal-Maqluba u t-tieni post f’Ta’ Pinellu. Żewġ ċiklisti mill-Mosta AF Sign Studio CC spiċċaw it-tieni u t-tielet rispettivament, Matthew Galea Pirotta b’510 punti u Jacob Schembri b’505 punti.

Christina Spiteri ta’ The Cyclist CC kisbet tliet rebħiet fil-Kampjonat tal-Bniet taħt is-16-il sena  għal massimu ta’ 600 punt.

Jaeken Galea ta’ Mosta AF Sign Studio CC spiċċa l-ewwel fil-kategorija tas-Subien taħt l-14-il sena b’massimu ta’ 600 punt, segwit minn Miguel Galea (The Cyclist CC) u Luca Vella (B’Kara St.Joseph SC) b’505 u 295 punti rispettivament.

Hannah Dandria ta’ Mosta AF Sign Studio CC kiseb tliet rebħiet fil-Kampjonat tal-Bniet taħt l-14-il sena għal massimu ta’ 600 punt. Hija ġiet segwita minn seħibha tat-tim Valentina Soler b’total ta’ 350 punt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend