Il-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona qal li se jappellaw minn deċiżjoni li ordnat inkjesta Maġisterjali dwar il-proġett tal-isptarijiet ta’ Għawdex, San Luqa u Karin Grech. Dan wara talba mill-Għaqda Repubblika.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-każ tressaq minn individwi b’motivazzjoni politika u b’qerq talbu għall-inkjesta dwar konċessjoni li se tara r-riġenerazzjoni tal-isptarijiet ta’ San Luqa, Karin Grech u dak t’Għawdex.
Ingħad li l-qorti tal-maġistrati ma ddeċiditx fuq il-mertu tal-każ, iżda biss biex jitpoġġa quddiem maġistrat inkwerenti.
Il-Gvern qal li għalhekk id-deċiżjooni tal-Qorti tal-Maġistrati se tiġi appellata.